Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat mill-mara AnneMarie dalgħodu żaru l-lokalità tal-Belt Valletta fejn kellhom l-oportunità jiltaqgħu ma’ diversi residenti.
Kienu diversi nies li waslu l-ħsibijiet tagħhom dwar dak li qed jaffettwahom fosthom minħabba l-pandemija li pajjiżna jinsab għaddej minna. Tkellmu wkoll dwar l-efetti li din qed tħalli fuq diversi negozji u ħaddiema.
Spikkaw ukoll, fost l-oħrajn dawk il-persuni li avviċinaw lill-Kap tal-PN sabiex jaqsmu l-ideat tagħhom miegħu dwar dak li jixtiequ jaraw differenti fil-poltitika ta’ pajjiżna.
Diversi nies tkellmu mal-Kap dwar ir-rizultat inkoragganti li hareg mis-survey ippubblikat mit-Torca fejn Bernard Grech zied fl-appogg tieghu fost in-nies. Dan kollu huwa rizultati tal-ħidma li qed issiri mill-Partit Nazzjonalsita sabiex verament f’pajjiżna ikollna paġna ġdida.
