Mill-aħħar sħarriġ li sar, il-Kap tal-PN Bernard Grech żied 9% fil-fiduċja li jgawdi fost dawk li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ… sħarriġ li sar mir-Riċerkatur Vincent Marmara. Dan meta wieħed iqabbel dan ir-riżultat mal-aħħar stħarriġ li sar f’Ottubru li għadda. Din iż-żieda hija waħda rekord.

Mill-istħarriġ li sar f’Ottubru, il-Prim Ministru Robert Abela naqqas mill-fiduċja b’0.2% filwaqt li l-Kap tal-PN Bernard Grech issa jgawdi 33% tal-fiduċja ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ.
F’sena waħda Robert Abela niżel aktar minn 20 punt perċentwal. Dan juri li l-fiduċja tan-nies f’Abela hija inqas minn dik li kien jirreġistra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Dan kollu huwa r-riżultat tat-tiġdid li kkaratterizza l-ewwel xhur tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech – ħidma intensiva, li qed tissarraf f’Paġna Ġdida għal pajjiżna.
It-tiġdid fil-PN għaddej kemm internament fi ħdan l-istess strutturi tal-partit, kif ukoll bl-approvazzjoni ta’ kandidati għall-elezzjoni ġenerali. Dan apparti laqgħat ma’ bosta korpi kostitwiti ….u laqgħat mill-qrib man-nies fuq livell lokali.
Anke l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista hu fundamentali għal dan it-tiġdid, u kien għalhekk li ftit tal-jiem ilu, Bernard Grech wettaq reshuffle fi ħdan dan il-Grupp. Dan sabiex il-Partit Nazzjonalista iwettaq il-viżjoni tiegħu – dik li joffri Paġna Ġdida għal Pajjiżna.