Lokali

“Irridu politika nadifa u onesta”

Dagħlodu l-Partit Nazzjonalista ngħaqad ħdejn il-Parliament Malti, b’laqgħa ta’ djalogu mill-Kandidat il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Joe Giglio u d-Deputat Parlamentari Therese Commodini Cachia.

Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Joe Giglio beda d-diskors tiegħu billi jiddikjara l-unur tiegħu li qiegħed jagħmel l-ewwel diskors tiegħu mal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta. Giglio kompli biex jgħid li l-Belt li fiha daqshekk storja għall-Poplu Malti hija ta simbolu, li min xiħaga diffiċli aħna nistghħu nikbru u niffurmaw opportunitajiet ġodda b’futur b’saħħtu. Giglio qal li llum għadna l-opportunita li nibbnu politika ġdida, pożittivita u ta’ opportunita. B’Giglio jkompli biex jgħid li hemm bżonn li tinagħta importanza lill-ambjent, lill-ħaddiema Maltin. Giglio stqarr li għandu ħolma għall- poplu Malti, ħolma li l-politka Maltijja terġa tingħata l-valuri li daqshekk jħaddan il-Poplu Malti, bhall-onesta u l-inklusivita li mhux biss jkunu ‘buzz words’ li jintuzaw fi żmien l-elezzjoni iżda li jkunu prattikati fil-politika Maltijja.

Madankollu, Joe Giglio kompla biex jgħid li f’dawn iż-żmienijiet jħossu diżulluż. Dan għaliex wara l-imwiet aċċidentali ta’ Miriam Pace, l-Gvern ħareġ rapport u staħba wara dan ir-rapport, billi jgħid li kollox huwa sew u tajjeb, mentri hawn ħafna nies li bagħtew minħabba ċertu nuqqasijiet li l-Gvern ma jridtx jikkalkula. Joe Giglio kompla biex jiddikjara li l-għan tal-politika mhiex li sempliċiment tgħaddi l-liġijiet iżda, l-politka trid tbiddel u tkisser idejat ħżina li jxerdu l-mibegħda lejn ċertu nies ta’ karnaġġjon jew identita differenti min tagħhom.

Giglio temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lin-nies li skopra waqt il-mixxja tiegħu bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista u għall-voluntiera li jagħmlu min kollox sabiex jgħinu lil pajjiżna, lit-tesserati li taw sehmhom fil-Partit Nazzjonalista, lil-ħaddiema tad-dar ċentrali, lil-kandidati l-oħra, lill-Viċi Kapijiet atwali għas-sehem tagħhom fil-Partit u fl-aħħar mill-aħħar lill-Kap preżenti Bernard Grech li nkorraġġixxa lil Giglio biex joħroġ bħala kandidat u jagħmel differenza fil-poplu Malti.

Id-Djalogu tal-Partit Nazzjonalista kompla mil-Membru Parlamentri Therese Commodini Cachia, li fid-diskors tagħha ddikjarat li d-Drittijiet Fundamentali u l-Governnaza Xierqa huma ż-żewġ responsabilitajiet li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech talab lill-Cahia biex tiffoka fuqhom. Cachia kompliet biex tgħid li dawn huma żewġ responsabilitiajiet importanti għall-Partit Nazzjonalista bl-għan li l-poter ta’ ċertu individwi ma jkompliex jweġġa lill-poplu Malti.

Cachia stqarret li l-kejl tal-karriera politika hi kkalkulata bir-rispett li l-individwu juri lejn niesu u lejn pajjiżu. B’Cachia tiddikjara li huwa fid-dover tagħha li bħala Deputat tgħid dak li huwa veru u li tgħix fl-onesta. Cachia kompliet biex tgħid li min qiegħed fil-ħajja publika biex jiggwadanja hu stess, mhux ser jieħu gost bil-ħidma tagħha, dan għaliex hi se tagħti l-appoġġ assolut tagħha biex l-uffiċji bħal Ombudsman jinagħtaw aktar poter biex il-ħażen fil-politika titnaddaf u ma tompliex tfixkel il-ħajja tan-nies.

Therese Kommodini Cachia qalet li hi mhiex ser taħdem għan-Nazzjonalisti biss u mhux se tkompli tibni politika partiġjana, iżda li se taħdem għal Poplu Malti kollu. B’Cachia tagħti l-eżempju tat-traċedja li seħħet fil-Poplu Malti bil-mewt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-korruzzjoni fil-Gvern Malti, fejn kien hawn li ma bagħtewx il-laburisti biss iżda bagħtet Malta kollha.

Cachia temmet id-diskorss tagħħa billi qalet li wasal iż-żmien għall-bidla, bidla min-Gvern li ma tax każ id-Drittijiet Fundamentali u l-Governanza xierqa tal-Poplu Malti. B’Cachia tkompli biex tgħid li se taħdem bis-saħħa kollha tagħha għal ġurnaliżmu u l-ġurnalisti li spiċċaw taħdt attakk mill-Gvern Malti għal xogħolhom.