Lokali

“Għinuhom jgħixu mhux jeżistu”

“Għinuhom jgħixu mhux jeżistu”, din hija l-frażi magħżula għall-Maratona ġbir ta’ fondi li ttellgħet minn Fondazzjoni U matul tmiem din il-ġimgħa, bl-għan li tingħata għajnuna lit-tfal li jinsabu f’pajjiżi foqra, kemm b’ikel, kif ukoll b’kura u tilqim.

Il-Ħadd waranofsinhar, il-Kap tal-PN Bernard Grech flimkien mal-mara AnneMarie żaru din il-Maratona. Huwa rringrzzja lill-voluntiera kollha tax-xogħol u l-ħidma imprezzabbli tagħhom u l-appoġġ kontinwu li joffru lil dawn it-tfal.

Il-Fondazzjoni U rrapurtat li l-pandemija tal-COVID-19 ma għenietx is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiżi tal-Missjoni. Dan għaliex kawża ta’ dan, il-ħajja ta’ dawn in-nies kompliet tmur għal għar.

Il-publiku huwa mħeġġeġ jagħti donazzjoni, bil-Fondazzjoni U tiddikjara li l-flus miġbura se jitqassmu b’mod ugwali bejn diversi pajjiżi madwar d-dinja inklużi l-Kenja, il-Pakistan, l-Albanija, l-Indja u ħafna oħra.

Net News tkellem ma’ Dun Ġwann Farrugia, f’isem il-Fondazzjoni U fejn stqarr li skont il-UNESCO, madwar id-dinja qiegħdin jmutu bejn wieħed u ieħor 2 miljun tifel u tifla kuljum.

Kien għalhekk li Dun Ġwann irringrazzja lil-Poplu Malti u Għawdxi tal-ġenerożita tiegħu matul is-snin u b’mod partikolari waqt iż-żmien ta’ din il-pandemija.

Tags