Futbol Sport

Il-Karkariżi jkomplu bil-wirjiet pożittivi din id-darba b’rebħa kontra l-ġirien

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Luke Micallef

BIRKIRKARA…………………. 4

LIJA ATHLETIC…………………. 1

Birkirkara: S. Guarnone, E. Pepe, Y. Yankam, L. Montebello (C. Prado 89’), P. Mbong (G. Farrugia 89’), K. Zammit, F. Falcone, C. Attard, C. Bonanni, O. Carniello, A. Da Paixao (I. Ntow 77’)

Lija: L. Bonnici, P. Gusso, L. Muscat, I. Borg, H. Wood (N. Micallef 61’), F. Brandan, W. Serrano, M. Jimenez (B. Antignolo 89’), C. Giordimaina, G. Virano (D. Scerri 89’), C. Flores

Imwissija: G. Virano 26’ (L),  C. Attard 26’ (B), P. Gusso 26’ (L), K. Zammit 51’ (B), C. Bonanni 63’ (B)

Skorjaw: F. Falcone 23’ (B), I. Borg 31’ og (B), L. Montebello 53’ (B), F. Brandan 64’ (L), C. Attard 86’ (B)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Roberto Vella, Ivan Galea

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Federico Falcone (Birkirkara)

BOV Plejer tal-logħba: Luke Montebello (Birkirkara)

Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi hekk kif b’din ir-rebħa kontra l-ġirien Lija Athletic għamluhom ħdax-il partita mingħajr telfa. Min-naħa tagħhom Lija kienu ġejjin minn rebħa f’nofs il-ġimgħa kontra ċ-Champions Floriana.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet min-naħa ta-tim immexxi minn Andre’ Paus fit-23 minuta. Luke Montebello ta kross fil-baxx lejn FEDERICO FALCONE li b’xutt min-nofs il-kaxxa xeħet wara Luke Bonnici għall-ewwel gowl Karkariż. Kif skorriet in-nofs siegħa mil-logħba, l-istripes għamluhom tnejn. Alex Da Paixao avvanza bil-ballun u ta kross fin-nofs tal-kaxxa avversarja, fejn sab lid-difensur ISMAEL BORG li bl-intenzjoni li jtajjar il-periklu, ra x-xutt tiegħu jispiċċa fix-xibka ta’ sieħbu Bonnici stess. Fl-aħħar ħinijiet tal-ewwel taqsima, Lija pprovaw jidħlu lura fil-partita b’żewġ xuttijiet ta’ Gonzalo Virano li iżda ma wasslu għall-ebda żblokk.

Fit-53 minuta Birkirkara komplew ikabbru l-iskor. Paul Mbong għadda lejn LUKE MONTEBELLO li b’xutt preċiż fir-rokna tax-xibka għeleb lil Bonnici għat-tielet gowl Karkariż. Għaxar minuti wara minn pass fit-tul ta’ Leon Muscat lejn FERNANDO BRANDAN, b’dan tal-aħħar javvanza u b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb lil Guarnone sabiex naqqas id-distakk għal Lija Athletic. Fis-86 minuta Birkirkara għalqu l-logħba bir-raba’ gowl meta Montebello għadda lejn CAIN ATTARD li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda, li iżda l-ballun jinżel ġox-xibka ta’ Lija.

B’din ir-rebħa Birkirkara komplew telgħin fil-klassifika, hekk kif issa jinsabu b’31 punt, fir-raba’ pożizzjoni b’punti daqs Gżira United. Min-naħa tagħhom Lija Athletic jinsabu b’disa’ punti fil-pożizzjoni ta’ qabel tal-aħħar, b’Senglea biss warajhom.