Futbol Sport

Il-kuntratt ta’ Messi jiswa madwar €555 miljun

Il-gazzetta Spanjola El Mundo ippublikat il-kuntratt tal-plejer stilla ta’ Barcelona Lionel Messi li jiswa madwar €555,237,619 sakemm jiskadi fit-30 ta’ Ġunju tal-2021.

Jekk dan huwa minnu Messi seta’ daħħal madwar €138miljun ta’ kull sena li hemm fil-kuntratt  li ffirma erba’ snin ilu. B’ reazzjoni għal dan Barcelona saħqu li se jkunu qegħdin jieħdu azzjoni legali kontra din il-gazzetta minħabba l-publikazzjoni ta’ dan id-dokument.

Fi stqarrija Barcelona offrew is-sapport kollu tagħhom f’dan l-attentat sabiex jiskreditaw lil Messi bħala persuna u r-reputazzjoni tiegħu. Dan il-kuntratt nħareġ fid-dawl ta’ inċertezza dwar il-futur ta’ Lionel Messi  hekk kif fis-sajf li għadda l-Arġentin stqarr pubblikament li jrid iħali lill-klabb Catalan.