Internazzjonali

Italja: Jippromwovi lil Mario Draghi bħala Prim Ministru

L-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi irid jara lill-eks Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, bħala l-Prim Ministru ġdid tal-Italja. Renzi  qed jippromwovi lil Draghi wara li kien il-kaġun tal-aħħar kriżi politika fl-Italja meta ħareġ lill-partit tiegħu, Viva Italia, mill-koalizzjoni ta’ Ruma.

Intant, l-alleati fl-eks koalizzjoni għaddejjin bit-taħditiet biex jaraw jekk jistgħux jegħlbu d-differenzi u jagħtu nifs ġdid lill-Gvern li xolja formalment il-ġimgħa l-oħra, wara r-riżenja ta’ Giuseppe Conte minn Prim Ministru.

Renzi kien kritiku kbir ta’ Conte għall-mod kif hu mexxa l-pajjiż waqt il-kriżi tal-coronavirus. Intant, l-Uffiċċju tal-President Taljan, Sergio Mattarella, ċaħad rapport li deher fil-gazzetta La Stampa u fejn ingħad li Mattarella ‘kien ikkuntattja lil Draghi dwar il-possibbiltà li jaċċetta r-rwol ta’ Prim Ministru’.