Lokali

L-avukat Dalli tikkritika lill-Gvern u tappella biex jisma’ lil min qed ibati

Kritika biex il-Partit Laburista jisma' lil min qed ibati

“Ħafna nies jistgħu jispiċċaw bla dar”.

Hekk qalet l-evukat Veronique Dalli meta l-Ħadd filgħodu indirizzat l-attività politika organizzata mill-Partit Laburista, b’Dalli ma tiddejjaq xejn tikkritika lil-Lejber għaliex irid jisma’ aktar.

“L-iżviluppi li kien hemm dwar il-kirjiet qed jolqtu lill-anzjani. Dawn huma nies li qedgħin f’riskju li jispiċċaw mingħajr darhom”, qalet l-avukat Dalli. Dan b’rabta mal-kwistjoni tal-kirjiet ta’ qabel l-1995.

Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem propju dwar din il-kwistjoni u ddeskriviha bħala “bomba tal-ħin” li se tisplodi f’wiċċ il-Gvern ta’ Robert Abela.

Dwar din it-tema tal-kirjiet tkellmet ukoll il-gazzetta ILLUM, b’artiklu dettaljat fil-faċċata tal-gazzetta.

Veronique Dalli qalet li l-Gvern Laburista hu kburi bil-kisbiet tiegħu. Għalkemm irrimarkat li xorta jonqos, fost l-oħrajn, biex tara lil Malta femminista.

“Il-persuni jridu jiġu ġġudikati bl-abbiltajiet tagħhom”, qalet l-avukat Dalli, f’dik li ħafna ikkunsidraw bħala botta diretta lejn l-opinjonista Robert Musumeci illi ġie imċanfar għad-diskors li uża fl-aħħar jiem fil-konfront tan-nisa fil-politika.