Il-Partit Nazzjonalista qed jikkometti ruħu li jwettaq politika li jkun hemm roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iżda mhux biss, li tkun qed toffri enerġija nadifa u effiċjenti għal Malta. Hekk tenna l-Kap tal-PN Bernard Grech tul attività politika li kienet imtella’ l-Ħadd filgħodu fil-Belt Valletta.
Bernard Grech qal li fil-jiem li ġejjin il-PN se jkun qed jipproponi għadd ta’ proposti dwar l-enerġija sostenibbli li tkun qed tgħid ukoll fit-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Il-Kap tal-PN tenna fost l-oħrajn li l-energija ser tkun parti essenzjali li nipproduċu enerġija nadifa li ttejjeb is-saħħet il-familji Malti u Għawdxin.
Huwa qal li l-energija teħtieġ pjan fit-tul – għax jekk dan ma jsirx jiġri bħalma ġralu l-Partit Laburista, meta tellfilna 400 miljun ewro f’fondi Ewropej għall-pipeline tal-gass għax ra sal-ponta ta’ mnieħru. Għaldaqstant il-PN, dwar l-enerġija ser inkunu qed iħabbar il-pilastri li fuqhom ser ikun qed jibni l-politika tiegħu għas-snin li ġejjin.
Bernard Grech qal li l-Pilastri jinkludu:
- provvista tal-elettriku li tiffavorixxi lill-orħos sors;
- pjan għal ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva;
- pjan għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa fuq skala kbira;
- l-infrastruttura mehtiega biex nmexxu lill-poplu taghna lejn mezzi tat-trasport biex jaħdmu bl-elettriku u nippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija.
Il-Kap tal-PN qal li minkejja t-tfixkil tal-Gvern, il-PN se ikompli bil-ħidma tiegħu biex iwassal politika lil hin mill-kuntratti korrotti li l-Gvern Laburista daħħalna fihom… anzi l-PN qed joffri politika nadifa tassew li minnha se jgawdi minnha kulħadd.