“Imdendlin, ma nafux jekk hux se nispiċċaw barra fit-triq”. Dan huwa t-titlu ta’ artiklu li ġie ppubblikat fil-gazzetta ILLUM u li jitfa’ dawl fuq realtajiet li dwarhom tkellem il-Kap tal-PN Bernard Grech numru ta’ ġranet ilu.
Dan l-aħħar qed terġa’ tqum il-kwistjoni tal-kirjiet ta’ qabel l-1995… hekk kif il-Qrati qed ikomplu jagħtu deċiżjonijiet li fihom piż, u li qed ipoġġu bosta inkwilini f’inċertezza.
Fost l-oħrajn intqal li minn kirja ta’ €200 fis-sena hemm uħud qed jitilgħu għal €400 fix-xahar. F’dan il-każ partikolari li qed jagħti stampa tas-sitwazzjoni kurrenti, li l-persuni inkwistjoni ma kienux imġiegħla jitilqu mill-post tagħhom, imma l-piż tal-kera żdied b’mod konsiderevoli.
L-ILLUM min-naħa tagħha tkellmet ma’ familja oħra li kienet ilha tgħix f’appartament għal kważi 50 sena, u f’daqqa waħda s-sid iridu lura.
Il-gazzetta ILLUM kwotat persuna li għaddejja minn din iċ-ċirkustanza fejn hemm il-biżgħa jekk hux se tispiċċa barra fit-triq jew le, għaliex il-każ tagħha u tal-familja jinsab imdendel quddiem il-Qorti – bil-proċeduri saħansitra twalu aktar minħabba l-pandemija.
//= $special ?>