Futbol Sport

Mġarr United u Melita promossi għall-BOV Challenge League

Mġarr United u Melita kienu promossi għall-BOV Challenge League mis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom fl-Amateur League.

Mġarr kienu promossi wara li lbieraħ għelbu lil Għargħur 4-0 u b’hekk telgħu bi 32 punt bil-gowls jaslu permezz ta’ awto-gowl fil-35 minuta, Jean Paul Grima fil-61 minuta, Lazar Doric fil-75 minuta u Russell Maramara fis-86 minuta.

Melita wkoll kisbu post fiċ-Challenge League għall-istaġun li ġej hekk kif għelbu lil Kirkop United 2-0 biex b’hekk żammew ir-rekord li jirbħu kull partita li lagħbu s’issa fil-kampjonat. Il-gowls ta’ Melita kien skorjati minn Jean Pierre Attard u Antoine Attard.

B’hekk issa fadal tim wieħed żewġ timijiet oħra xi jkunu promossi mill-Amateur League, b’tim ikun promoss awtomatikament minn Sezzjoni B, bit-tim l-ieħor jiġi promoss wara play-off bejn it-timijiet li jispiċċaw mit-tieni sar-raba’ post ta’ kull sezzjoni.