“Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem biex itejjeb il-ħajja tan-nies fejn, il-politika tiegħu ta’ Paġna Ġdida Għal Pajjiżna se twassalna biex inkunu Oppożizzjoni b’saħħitha u Gvern alternattiv.”
“Jien determinat li nieħu d-deċiżjonijet meħtieġa biex inkompli nsaħħaħ lill-PN fejn b’vuċi waħda nibqgħu nkunu l-vuċi ta’ kulħadd biex flmkien nibnu paġna ġdida għal pajiżna.”
Kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu kien qed jindirizza attività politika fil-Belt Valletta bit-tema ‘Paġna Ġdida għal Pajjiżna’.
Bernard Grech qal li din kienet ġimgħa ‘tal-konfużjoni… tal-inkompetenza tal-Gvern Laburista’. Fejn għal darb’oħra erġajna smajna s-solitu narrattiva ta’ Robert Abela li se jitlaq jiġri.. u li ttikkja l-kaxxi kollha tal-Moneyval… Iżda mbagħad ħareġ rapport li reġa’ tefa’ dell ikrah fuq pajjiżna.
Huwa appella lil Robert Abela biex ma jibqax iwebbes rasu u jitfa’ piż fuq il-batut.
“Kun inqas kburi u għati każ il-problemi tal-pajjiż… jien determinat li noħorpu flimkien il-porposti u jkun hemm differenza.”
L-inkompetenza tal-Gvern waslet għal konferma oħra li dan il-Gvern tilef ir-ruħ soċjali tiegħu. Bernard Grech qal li l-Gvern għandu obbligu li mingħajr ma jmiss id-drittijiet tas-sidien, għandu jassigura sistemi u akkomodazzjoni soċjali għal dawn il-persuni li se jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.. għaliex din hija bomba soċjali tal-ħin. Dan kollu juri li għandna Gvern li għejja u għalhekk dan il pajjiz għandu bżonn paġna ġdida li qed joffri l-PN.
Dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 Bernard Grech qal fuq naħa hemm Robert Abela li qed jibqa’ jitkellem fuq in-normalità u li jrid business as usual waqt li l-frontliners jinsabu f’sitwazzjoni kritika ferm… u fuq in-naħa l-oħra hemm li l-Partit Nazzjonalista li qed jippreżenta numru ta’ proposti. Huwa tenna l-appell tiegħu dwar il-bżonn li l-vaccin jingħata lill-pubbliku iktar malajr fosthom li dan jibda jitqassam fi spiżeriji u jingħata minn tobba li jaħdmu fi kliniċi privati.
Bernard Grech saħaq li jinsab determinat li jibqa’ jieħu l-aħjar deċiżjonijiet sabiex itejjeb il-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u jkollna paġna ġdida għal pajjiżna.