Ma hemmx dubju li ċ-Championship, it-tieni skaluna fil-futbol Ingliż huwa wieħed mill-aktar kampjonat segwiti fl-Ewropa. Norwich għandhom vantaġġ ta’ erba’ punti fuq Swansea, fejn Steve Cooper ikompli jagħmel mirakli żgħar.
Għall-Maniġer ta’ Norwich Daniel Farke, l-aħbar it-tajba hija li fi 11 mit-12-il staġun preċedenti, t-timijiet li sal-Milied kienu f’din il-pożizzjoni kisbu l-promozzjoni. L-aħbar ħażina? Għar-rivali tagħhom, hija li Norwich għadhom ma laħqux il-potenzjal tagħhom.
Norwich għandhom l-istess Maniġer u kważi tim identiku għal dak li kisbu l-promozzjoni sentejn ilu. Il-plejer misluf minn Tottenham Oliver Skipp daħal sew fil-midfield – iżda fil-biċċa l-kbira t-tim huwa bbażat fuq il-formula diġa ppruvata u ta’ fiduċja – Tim Krul fil-lasta, Max Aarons perikoluż fil-kaxxa, Emi Buendía b’passaġġi meqjusa, u Teemu Pukki jpoġġi l-ballun fix-xibka.
Bournemouth, ukoll, jidher li fadlilhom ħafna biex jagħmlu dik il-qabża fil-kwalità, iżda kollox qed jindika li mexjin fid-direzzjoni t-taljba, u f’Dominic Solanke rivitalizzat huma wkoll kapaċi jserrħu fuq skorer li qed isib ix-xibka.
Brentford qed jaqbdu sew u jidhru bil-ġuħ għas-suċċess, bil-mira tagħhom hija li jmorru aħjar wara li tilfu l-‘play-off’ Wembley f’Awwissu, għalkemm iridu jużaw il-logħob nieqes li għandhom biex jiksbu l-punti wara li faqqgħet il-Covid-19.
Ivan Toney, l-aqwa skorer tad-diviżjoni u Josh Dasilva kienu fost l-aqwa plejers tal-kampjonat, filwaqt li Vitaly Janelt ikkonferma li huwa akkwist għaqli. Sadanittant l-attakk ta’ Swansea kien imsaħħaħ bil-wing backs Jake Bidwell u Connor Roberts – b’ta’ l-aħħar wieħed mit-tliet plejers li ma tilfux minuta fil-kampjonat.
It-tim jista’ wkoll jiftaħar bl-iktar difiża soda fid-diviżjoni, minkejja l-bejgħ ta’ Joe Rodon lil Tottenham f’Ottubru. L-istaġun li għadda Rhian Brewster kien wasal b’self biex jgħin lil Swansea fil-play-offs u, għalkemm Jamal Low qed jagħmel xogħolu u jmexxi l-linja ma’ André Ayew, jista’ jkun hemm bżonn ta’ plejer ieħor biex jgħinhom jagħmlu l-pass għall-promozzjoni.
Jasipiraw għall-play-offs
Meta Veljko Paunovic għamel l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ma’ Reading, erbat ijiem qabel l-istaġun, dan kien klabb li deher destinat li jfalli. Iżda wara bidu tajjeb u ftit tal-problemi fix-xitwa, huma jidhru lesti li jkomplu jiġġieldu għall-promozzjoni improbabbli, imsaħħa minn Lucas João u Michael Olise, midfielder żagħżugħ li l-preġju tiegħu huwa l-passes perfetti.
Il-preżenza ta’ Neil Warnock mal-ewwel sitta mhijiex daqshekk sorprendenti – il-Maniġer ta’ 72 sena ta stimolu lil Middlesbrough li kien għaddejjin minn diffikultajiet kbar, i li jidher li fis-sajf li għadda beda jirranġa l-affarijiet.
Duncan Watmore kien rivelazzjoni minn meta ffirma f’Novembru li għadda. Warnock qed jimmira li jikseb d-disa’ promozzjoni rekord tiegħu, min jaf jagħmiliex?
Watford huma xempju ta’ instabbiltà iżda s-sinsla tat-tim, issa mmexxi mill-eks winger ta’ Valencia Xisco, tibqa’ familjari. Ben Foster, Tom Cleverley u Troy Deeney għandhom jiżguraw li jkunu viċin, u l-wasla ta’ Philip Zinckernagel, li skorja 19-il gowl biex għen lil Bodo Glimt fit-titlu Norveġiż, żgur li se jżid is-saħħa fl-attakk li ma jaħdimx tajjeb.
Stoke għandhom bżonn lir-Rabbi Matondo biex jimlew il-vojt li ħalla t-Tyrese Campbell imweġġa’, biex isostnu l-ispinta tagħhom, filwaqt li Blackburn, reċentement imsaħħaħ bir-ritorn ta’ Bradley Dack, m’għandhom l-ebda problema biex isibu x-xibka iżda huma inkonsistenti.
Cardiff jinsabu fil-15-il post taħt Neil Harris u probabbilment l-inqas tim impoġġi b’aspirazzjonijiet ġenwini għall-play-off iżda dan it-twemmin qed jisparixxi u l-pressjoni dejjem tiżdied wara erba’telfiet f’ħames partiti.
Valérien Ismaël ta’ Barnsley għandu tim żagħżugħ u jidher li għandu futur, iżda mhux li jagħmel affarijier kbar. Il-klabb minn Yorkshire irid iżomm lil miegħu plejers bħal Alex Mowatt, Callum Styles u Cauley Woodrow biex ikollu ċans li jżomm it-taqliba li għaddejjin minnha. Preston u dejjem huma l-ambizzjużi, iżda l-forma tagħhom waqgħet lura f’dawn l-aħħar snin.
Jissieltu biex jibqgħu fid-diviżjoni
Bħal dan iż-żmien sena ilu Wayne Rooney kien qed jakklimatizza l-ħajja tiegħu fil-midfield ta’ Derby u jieħu korsijiet fil-coaching – iżda issa r-responsabbilita tiegħu hija kbira, qed jaqta’ bi snienu bħala Maniġer u kowċ u jipprova jżommhom milli jinżlu fil-League One.
Rooney qala’ lil Derby mill-qiegħ minn meta ħa inkarigu temporanju iżda baqgħu bil-problemi fl-attakk – l-ebda tim fid-diviżjonijiet kollha tal-Futbol fl-Ingilterra ma skorja inqas gowls.
Problemi dwar nuqqas ta’ ħlasijiet fil-paga, u bil-klabb għand sidien ġodda li qegħdin jimxu fit-triq it-tajba, jidher li huwa l-ewwel pass għall-progress tat-timn.
Komplew it-trikki-trakki minn naħa ta’ Sheffield Wednesday fil-boardroom anke jekk kellhom aħbar tajba li t-tnaqqis ta’ 12-il punt fil-kampjonat tnaqqsu bin-nofs. Il-Wednesday kellhom aktar Maniġers milli rebħiet barra minn darhom – iżda, bħal Nottingham Forest, għandhom biżżejjed biex jimxu ’l bogħod mill-periklu.
Ir-ritorn ta’ Charlie Austin, li kellu bżonn biss 39 minuta biex jiskorja fir-rebħa f’Luton, flimkien mal-logħob tajjeb ta’ Ilias Chair u l-ħeffa ta’ Bright Osayi-Samuel għandu jfejjaq il-problemi fl-attakki ta’ Queens Park Rangers, iżda kienu għadhom fraġli għal xi żmien u kien ħadu tmien punti mis-36 disponibblii.
Birmingham, li kienu fil-periklu bir-relegazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, kienu forma problematika meta ħadu sitt telfiet f’seba’. Aitor Karanka għandu biċċa xogħol kbira biex jindirizza in-nuqqassijiet tagħhom.
Rotherham rebħu iktar qlub wara li ħadu lil Everton għall-ħin barrani fl-FA Cup iżda għal darb’oħra sabu l-andament iebes fit-tieni livell. Wycombe jinsabu fil-qiegħ taħt Gareth Ainsworth u għaddejjin minn żminijiet diffiżli anke jekk mhux impossibbli.
L-iskwadra tinkludi lill-internazzjonali taż-Żimbabwe Ammirall Muskwe, li jinsaab b’self mingħand Leicester. “Aħna tassew nemmnu li m’aħniex ‘il bogħod u li għandna tim tajjeb biżżejjed li jista’ jirbaħ biżżejjed punti biex iżżommna fid-diviżjoni,” qal Ainsworth.
//= $special ?>