Breno Lopes skorja l-gowl kruċjali disa’ minuti fuq il-ħin regolari biex b’hekk Palmerias għelbu lil Santos għat-titlu tal-Copa Libertadores.
Erba’ minuti qabel kien għadu kif tkeċċa l-kowċ ta’ Santos Cuca, li kompla jżied mat-tmiem drammatiku biex issa Palmeiras se jkunu qegħdin jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs fil-Qatar.
L-aħħar titlu mirbuħ minn Palmeiras jmur lura għall-1999 fil-kompetizzjoni ekwivalenti għaċ-Champions League fl-Amerika t’Isfel.Wara ir-rebħ ta’ dan it-trofew diversi partitarji ta’ Palmeiras ħarġu jiċċelebraw fit-toroq ta’ Sau Paolo minkejja ir-restrizzjonijiet minħabba il-Coronavirus.
Fl-istadium tal-Maracana tħallew jidħlu ħamest elef partitarju biss minħabba l-istess imxija tal-pandemija fil-Brażil.