Taljan ta’ 42 sena li jgħix f’San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bil-mutur fi Triq Tul il-Kosta.
Ir-raġel ħabat ma’ vann misjuq minn raġel ieħor ta’ 51 sena fis-05.45 ta’ dalgħodu fi Triq Tul il-Kosta, fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.
Fuq il-post minnufih mar tim mediku li ħa lix-xufier tal-mutur l-isptar permezz ta’ ambulanza, hemm ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
