Illum ntlagħbu sitt logħbiet oħra mis-Serie A fl-Italja b’Roma, Lazio u Napoli fost it-timijiet involuti. Fil-partita l-aktar li spikat Lazio għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 3-1. Lazio marru fil-vantaġġ fit-tielet minuta permezz ta’ ADAM MARUSIC biex fil-51 minuta irdoppjaw permezz ta’ JOAQUIN CORREA. Atalanta naqqsu id-distakk fid-79 minuta minn MARIO PASALIC biex fit-82 minuta Lazio għalqu l-partita permezz ta’ MATEO MUSACCHIO.
Roma żammew il’pass mat-timijiet ta’ Milan u qabżu lil Juventus fil-klassifika hekk kif għelbu lil Verona 3-1. LORENZO PELLEGRINI fetaħ l-iskor wara 17-il minuta b’HENRIKH MKHITARYAN jirdoppja ħames minuti wara. BORYA MAYORAL għamilhom 3-0 fid-29 minuta. Verona naqqsu l-iskor fit-62 minuta permezz ta’ EBRIMA COLLY.
Fl-ewwel partita tal-ġurnata Udinese kisbu rebħa importanti kontra Spezia bil-gowl uniku jasal fit-52 minuta permezz ta’ RODRGIO DE PAUL, bl-istess De Paul jitkeċċa fil-75 minuta wara żewġ karti sofor. Għal Spezia tkeċċa wkoll il-plejer Riccardo Saponara fit-86 minuta.
Napoli għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0 b’ ELJIF ELMAS jiftaħ l-iskor għal Napoli fit-32 minuta. Napoli għalqu l-partita fit-82 minuta permezz ta’ MATTEO POLITANO.
Cagliari u Sassuolo temmew fi draw ta’ 1-1 b’JOAO PEDRO jiftaħ l-iskor għal Cagliari fil-75 minuta. Madanakollu fir-raba’ minuta addizzjonali fi tmiem drammatiku, JEREMIE BOGA ġab id-draw għal Sassuolo fuq pass ta’ Brian Oddei, biex sava punt għat-tim tiegħu.
F’partita oħra Genoa kisbu rebħa faċli barra minn darhom kontra Crotone b’ MATTIA DESTRO jiftaħ l-iskor fl-24 minuta. LENNART CZYBORRA irdoppja għal Genoa fid-29 minuta biex ħames minuti wara l-mistrieħ MATTIA DESTRO għamilhom tlieta għal Genoa, biex ħallew lil Crotone fl-aħħar post tal-klassifika.
Serie A
Il-Ġimgħa: Torino v Fiorentina 1-1 Ilbieraħ: Bologna v Milan 1-2, Sampdoria v Juventus 0-2, Inter v Benevento 4-0 Illum: Spezia v Udinese 0-1, Atalanta v Lazio 1-3, Cagliari v Sasssuolo 1-1, Crotone v Genoa 0-3, Napoli v Parma 2-0, Roma v H.Verona 3-1
Percocet vs oxycodne. Percocet overnight us…. www.cialispascherfr24.com Free online dating site….
//= $special ?>