Il-programm numru 15 mis-serje SPORT EXTRA, il-ħames wieħed għas-sena 2021 jixxandar illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem. Il-programm ser jiffoka fuq żewġ aspetti b’rabta mal-Olimpijadi. Diskussjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti JOE CASSAR dwar is-sitwazzjoni attwali f’Tokjo u dwar l-idea fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li l-Olimpijadi jsiru . Diskussi wkoll argumenti b’rabta mas-sitwazzjoni preżenti fosthom l-awtonomija tal-isport u dak li għadda minnu l-CONI .
Fit-tieni parti tal-programm intervista mal-awtur MARK VELLA u l-aħħar xogħol tiegħu b’rabta mal-Olimpijadi tal-1936 ‘ L-aħħar sajf ta’ Berlin’ – intervista b’filmati minn dik l-edizzjoni b’mod li min isegwi b’mod viżiv jifher aktar dak li jiġbor fiħ dan ix-xogħol letterarju.Il-ktieb huwa traduzzjoni ta’ ktieb bit-Taljan ‘ L’ultima estate di Berlino’ xogħol Federico Buffa u Paolo Frusca
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Joe Sultana u Bernie Dimech.
//= $special ?>