Huma 124 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn l-Ħadd u t-Tnejn.
Din iċ-ċifra ttella’ għal 18,027 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.
Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 141 persuna biex issa huma 15,101 dawk il-persuni li fiequ.
Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra żewġ imwiet kawża tal-Covid-19; raġel ta’ 81 sena u mara ta’ 88 sena – biż-żewġ persuni jitilfu ħajjithom fl-Isptar Mater Dei.
Sabiex l-ammont totali ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdiedu għal 269….l-ewwel żewġ fatalitajiet tax-xahar ta’ Frar wara t-48 mewta rreġistrata tul ix-xahar ta’ Jannar.
B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,657.
Dan filwaqt li tul il-jum tal-Ħadd ngħataw 912-il vaċċin – b;492 jingħataw t-tieni doża.
//= $special ?>