“Irrid nara bilanċ ġust bejn l-ambjent u l-progress, u parti importanti minn dan kollu hi l-politika ta’ pajjiżna dwar l-enerġija.”
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech f’messaġġ li ppubblika dalgħodu fuq il-media soċjali, fejn kompla jispjega dak illi ħabbar ilbieraħ waqt il-laqgħa li indirizza fil-Belt Valletta.
Bernard Grech il-Ħadd stqarr li għandu viżjoni ċara dwar il-futur tas-settur tal-enerġija. “Dan il-qasam ser ikun parti essenzjali mis-suċċessi li nistgħu niksbu fil-futur, kemm biex noffru kontijiet irħas, iżda daqstant ieħor biex nipproduċu enerġija nadifa li ttejjeb is-saħħa tal-familji tagħna”, qal il-Kap tal-PN.
“Fil-jiem li ġejjin ser inkun qed inħabbar il-pilastri li fuqhom ser inkunu qed nibnu l-politika tagħna għas-snin li ġejjin. Aħna determinati li int tkun fiċ-ċentru biex tgħix kwalità ta’ ħajja dejjem aħjar.”
//= $special ?>