Lokali

Frar ix-xahar li jfakkar il-mard rari

Ix-xahar ta’ Frar huwa x-xahar li fih tiżdied il-kuxjenza  dwar il-mard rari. Xi ħaġa li din is-sena ħadet kuntest aktar importanti mis-soltu hekk kif id-dinja kollha qed tiġġieled kontra l-pandemija tal-Covid-19.

Propju biex tkompli tiżdied il-kuxjenza u l-għarfien dwar dan it-tip ta’ mard ittellgħet attività quddiem il-Parlament Malti, taħt il-patroċinju tal-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia li matulha tkellmu diversi esperti fil-qasam…. fosthom il-virologu Chris Barbara li spjegalna dwar l-importanza li nżommu quddiem għajnejna lil dawn il-persuni aktar w’aktar f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Preżenti wkoll għal din l-attivita kien hemm Joseph Borg… Professur mid-Dipartiment tal-bioloġija fl-Università ta’ Malta, li saħaq dwar l-importanza tar-riċerka fil-qasam tal-mard rari.

Minkejja li r-reġistru Nazzjonali dwar il-mard rari f’pajjiżna fih madwar 4,000 pazjent, hu stmat li fil-verità f’pajjiżna hawn mas-27,000 persuna li jbatu minn kundizzjonijiet rari.