Lokali

Ħadd ma jweġġa’ wara nirien li ħakmu residenza

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ wara li nħakmu xi nirien f’residenza li tinsab fiż-Żabbar għall-ħabta tat-8.30pm.

Minnufih fuq il-post issejħu għadd ta’ Pulizija li ħarġu lil persuni li kien hemm fuq ġewwa ‘il bogħod minn kull periklu. Issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien li nħakmu u ambulanza biex tagħti l-ewwel assistenza tagħha.

Mhux magħruf x’ikkawża dan l-iżvilupp filwaqt li l-assistenza medika ġiet irrifjutata hekk kif ħadd ma sofra feriti.