Id-drittijiet tad-Direttiva tal-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol ser ikunu qed jidħlu fis-seħħ fis-Sajf tal-2022.
Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa sostna li, “din hija d-differenza li l-Partit Nazzjonalista u l-Parlament Ewropew jagħmlu ta’ kuljum fil-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi” u li jinsab “iħares b’ħeġġa ‘l quddiem sabiex jaraw lill-ġenituri u ħaddiema Maltin u Għawdxin sabiex igawdu minn dawn id-drittijiet il-ġodda”.
Dan hekk kif grazzi għal ħidma sfieqa mill-MEP David Casa, ħidma li fl-2019 wasslet sabiex ġie assigurat li l-Maltin u l-Għawdxin se jkunu qed igawdu minn 10 ġranet leave imħallas għall-missirijiet mat-twelid tat-tarbija, xahrejn leave mħallas għal kull ġenitur, ħamest ijiem carers’ leave fis-sena sabiex ħaddiema jkunu jistgħu jieħdu ħsieb qraba morda kif ukoll dritt li l-ħaddiema jitolbu arranġamenti flessibbli fuq il-post tax-xogħol.