Lokali

“Il-logħba elettorali se tkun diffiċli ħafna għal-Labour” – Alfred Sant

"L-elezzjoni tinsab fil-qrib"

“L-elezzjonijiet jinsabu fil-qrib”. Hekk sostna l-eks Mexxej tal-Partit Laburista u Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant fuq il-midja soċjali ta’ Twitter.

Dan id-diskors jikkontradixxi bil-kbir dak li sal-aħħar jiem kien għadu jgħid il-Prim Ministru Robert Abela li l-elezzjoni ġenerali se tkun qed issir f’waqtha, jiġifieri fl-2022.

Alfred Sant sostna li l-Gvern Laburista għandu bżonn isib il-bilanċ bejn saħħet in-nies fi żmien il-pandemija u l-logħoba elettorali – tingiża ċara għal diskors varju li qed jagħmel Robert Abela bħal “qed ngħixu f’ġenna”, “naħarbu niġru”, u f’Mejju “business as usual”.

Huwa insista dwar l-importanza li l-Partit Laburista ma jissottovalutax lill-Oppożizzjoni.