Lokali Parlament

Il-politika nazzjonali dwar l-użu tad-droga ilha ma tkun aġġornata mill-2008

Il-Gvern Laburista ma aġġorna qatt il-Politika Nazzjonali dwar l-Użu tad-Droga tant li l-aħħar li din kienet aġġornata kien fi żmien Gvern Nazzjonalista fl-2008.

Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari tal-Ministru Michael Falzon għal mistoqsija tal-Viċi-Kap tal-PN Nazzjonalista David Agius li talab lill-Mnistru jpoġġi fuq l-mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali dwar l-użu tad-droga.

Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Michael Falzon poġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali dwar l-Użu tad-Droga maħruġ f’Jannar 2008 fi żmien li Dolores Cristina kienet Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali.