Dalgħodu fil-Qorti t’Għawdex qed jissokta l-każ ta’ Joseph Sultana, is-saċerdot li jinsab akkużat b’abbuż sesswali fuq abbati numru ta’ snin ilu.
Mix-xhieda mogħtija fil-Qorti l-ġimgħa li għaddiet, l-allegat vittma qal li kien fetaħ qalbu dwar l-allegati abbużi ma’ Dun Anton Theuma, li llum huwa Isqof t’Għawdex, u ma’ Dun Dominic Sultana.
Apparti Dun Joseph Sultana, l-abbati qed jgħid li kien abbużat ukoll minn Dun Joseph Cini.
Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.
//= $special ?>