Lokali

Imut l-attur Dustin Diamond – Screech minn ‘Saved by the Bell’

"Ingħata l-aħbar li kellu kanċer tlett ġimgħat ilu biss"

L-attur Amerikan Dustin Diamond, magħruf l-aktar għall-irwol li interpreta ta’ Screech fis-serje televiżiva tad-disgħinijiet ‘Saved by the Bell’ tilef ħajtu fl-età ta’ 44 sena.

Dan tħabbar minn rappreżentant tal-attur fejn ġie spjegat li l-attur kien ingħata l-aħbar li kien qed isofri minn kanċer fil-pulmun tlett ġimgħat ilu biss. Ġie spjegat li fi żmien daqstant qasir, Dustin Diamond tilef ħajtu mingħajr ebda tbatija.

Huwa miet f’isptar fi Florida bil-maħbuba tiegħu ma’ ġenbu.