Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella lill-Gvern biex fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-qorti dwar il-qbiela tar-raba’ fil-privat fejn il-bdiewa qed jitilfu r-raba’. Mal-bdiewa qed issir inġustizzja u jeħtieġ bilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien tal-art u d-drittijiet tal-bdiewa.
Fil-parlament hu qal li l-bdiewa qed jitkeċċew mir-raba’ u sostna li qed titwettaq inġustizzja legali; li qed twassal biex jonqsu l-bdiewa. Dan ifisser telfien tas-sigurtà tal-provvistà tal-ikel.
Edwin Vassallo kompla li t-tariffi tal-pulizija għall-festi mal-iskorta tan-nar qed tipperikola l-eżistenza tal-festi u tan-nar. Hu appella biex issir differenza bejn skorta ta’ pulizija ma’ ġarr ta’ merkanzija kummerċjali u l-iskorta mal-ġarr tal-murtali.
Il-Gvern ma kkonsultax mal-għaqdiet involuti dwar l-impatt negattiv ta’ dan is-settur fuq l-għaqdiet volontarji u s-settur kummerċjali. Dan filwaqt li l-pulizija jitħallsu ta’ xogħlhom.
//= $special ?>