Claudette Buttigieg, PN
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li s-sistema elettorali saret skjava tan-numri u appellat biex il-Gvern jilqa’ l-istedina tal-Oppożizzjoni biex isiru emendi li jagħmlu fis-sistema elettorali li differenza.
Id-diskussjoni prlamentari mhix tkun rilevanti għaliex ikun hemm diskussjonijiet fil-parlament li l-poplu lanqas ikun jaf li qed issir diskussjoni dwarhom.
Hi tkellmet dwar in-Naxxar u qalet li hemm numru ta’ toroq li issa ġejjin mal-10 distrett; hemm numru ta’ anomaliji. Baħar iċ-Ċagħaq hu parti mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar iżda bħala parroċċa jagħmel mal-Għargħur waqt li fl-elezzjoni ġenerali jagħmel ma’ Tas-Sliema. Għalhekk ir-residenti m’għandhomx rabta mal-lokal minħabba din is-sitwazzjoni.
Claudette Buttigieg qalet li l-parti tan-Naxxar li fl-2013 kienet ma’ Birkirkara issa marret mad-distrett ta’ Tas-Sliema. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li n-nies mhux jifhmu għaliex dawn it-toroq qed jinbidlu fid-distretti partikolarment f’lokalità bħan-Naxxar li fiha r-residenti jħossu rabta kbira mal-lokal.
Dan qed isir għaliex Pembroke hu mal-10 distrett iżda s-Swieqi mhux; il-Madliena wkoll hi maqsuma min-nofs. Dawn żoni li ma jgħmilx sens li jinqasmu. Mhux biss lokalitajiet qed jinqasmu iżda anki partijiet minn toroq.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li din id-diskussjoni għandha tkun posposta biex jinstabu soluzzjonijiet għaliex ir-residenti qed iħossuhom urtati ħafna.
Hi kkundannat li xi deputati jew kandidati irġiel li qed jgħidu lill-votanti biex ma jivvotawx lin-nisa għaliex dawn xorta se jkunu eletti minħabba l-mekkaniżmu. Il-PN qed javviċina ħafna nisa biex jikkontestaw iżda għad hemm ħafna nisa li qed isibuha diffiċli jikkontestaw, sostniet Cluadette Buttigieg.
//= $special ?>