Is-Sirjan li kien imfittex b’rabta mal-allegat aggressjoni fil-Mosta, ta’ ruħu b’idejh lill-Pulizija fl-Għassa tal-Mosta.
Dan qalitu l-Pulizije permezz ta’ stqarrija fl-aħħar ħin.
L-istqarrija hija marbuta ma’ inċident li seħħ nhar is-26 ta’ Jannar fejn Sirjan ieħor ta’ 29 sena li jgħix Ħaż Żebbuġ, kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien aggredit.
Il-vittma kien ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
.L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin
//= $special ?>