Kurżitajiet Lokali

Josie Muscat kif irnexxielu jaħrab mill-isparar fiż-Żejtun?

Il-Profil li jmiss se jirrakonta mhux ħażin fuq il-kriżi politika tas-snin 70 u 80, iżda mhux biss, se jgħidilna wkoll dwar il-ħidma tiegħu bħala Deputat fil-Parlament.

Se jirrakonta fost l-oħrajn kif irnexxielu jaħrab minn dar fiż-Żejtun waqt li kienet qed tkun assedjata bl-isparar, kif ukoll fuq kif darba daruh il-Membri Parlamentari Laburista wara seduta Parlamentari tard filgħaxija. Il-protagonist iżda kif kien iħares lejn din il-vjolenza politika Josie Muscat?

Il-profil tal-lejla għandu wkoll professjoni ta’ tabib, u infatti se jgħidilna mhux ftit dwar dan is-settur, u x’wettaq biex wara kollox itejjeb is-saħħa tan-nies…. Żgur mhux forsi li se nsiru nafuh mill-qrib u se jaqsam magħna ħafna esperjenzi personali.

PROFILI | ILLEJLA fid-8.45pm fuq NET Television

https://www.facebook.com/NETTVmalta/posts/10158673761279003