Realtajiet li qed jiffaċċjaw aktar nies ta’ kuljum.
Realtajiet li tkellem dwarhom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ftit tal-jiem ilu… weġgħat u biżgħat ta’ ħafna persuni li qed jgħixu ħajja mdendla, u li jistghu jispiccaw bla saqaf fuq rashom.
Ir-realtà tad-diffikultà fil-kirjiet… li minn żmien għal żmien terġa titfaċċa… bil-Qrati jagħtu deċiżjonijiet li fihom piż, u li qed ipoġġu bosta inkwilini f’inċertezza.
Dwar din is-sitwazzjoni kellimna Noel Xerri, Chairperson tal-Forum Kontra l-Faqar f’pajjiżna.
Noel Xerri spjega kif fost dawk li qed ibatu hemm il-pernsjonanti.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalistà Bernard Grech qed jinsisti li l-Gvern jagħti widen għall-karbiet ta’ ħafna li qed jgħixu f’inċertezza u biża li se jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Fl-istess waqt, hu fakkar li s-sidien batew biżejjed matul is-snin – u l-Gvern halla din il-problema tirkbu, biex issa saret bomba tal-ħin.