Lokali

“Ma nidħolx f’dawk l-affarijiet” – Michelle Muscat dwar il-Whatsapp chats ta’ żewġha ma’ Schembri u Fenech

Kien propju l-eks Prim Ministru Joseph Muscat li beda chat ġdida fuq Whatsapp, jumejn biss wara l-arrest tat-tliet irġiel akkużati bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fiċ-chat miegħu daħħal lill-eks chief of staff u id il-leminija tiegħu Keith Schembri, u lill-imprenditur Yorgen Fenech, illum akkużat b’kompliċita fl-assassinju tal-ġurnalista.

Dwar dan, sa issa, għad ma kellniex iċ-ċans nistaqsu lill-eks Prim Ministru, madankollu kelna l-opportunità nistaqsu lil Michelle Muscat.

Iżda mart l-eks Prim Ministru qaltilna li ‘ma tidħolx f’dawn l-affarijet’ u li tħalli kollox f’idejn il-Qrati, b’Michelle Muscat tagħżel li ma tweġibx aktar mistoqsijiet marbuta mal-Whatsapp chats u l-ħbiberiji li kellu żewġha ma’ Yorgen Fenech u Keith Schembri.