Il-Pulizija u l-Guardia di Finanza f’Reggio Calabria kissret ċirku illegali ta’ traffikar ta’ tajr protett; ċirku li fiha allegatament kien involut raġel Malti.
Jirriżulta li l-Malti, li għandu 68 sena, kien fi triqtu lejn Sqallija biex ibaħħar lura Malta.
L-aħbar qed tiġi rrappurtata bi promimenza llum fil-media Taljana.
Waqt l-investigazzjonijiet, il-Guardia di Finanza waqqfet vann bi pjanċi Maltin, fejn instabu wkoll €2,000 fi flus kontanti u 1,000 għasfur protett. Dawn kienu qed jinżammu f’34 gabjetta taħt qiegħ falz fl-istess vann.
//= $special ?>