Wara li diversi kollegi sħabu pruvaw iduru w jgħaqdu mal-mistoqsijiet ta’ Net News dwar ir-riżultat diżastruż li kiseb il-Gvern Malti fl-indiċi tal-korruzzjoni, b’għadd minnhom ma jkunux kapaċi jwieġeb dwar dan il-falliment, staqsejna lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima x’jaħseb hu dwar ir-rizultat li hareg minn Transparency International.
Wara li Grima, bħal sħabu qablu, wkoll prova jdur mal-lewża u ma weġibx, erġajna staqsejnih għal darboħra dwar ir-riżultat tal-Gvern Laburista li jħammar wiċċ il-pajjiż, u kien hawn li hu tefa’ l-piż ta’ dan il-falliment fuq il-poplu kollu.
Clifton Grima hu biss wieħed minn fost id-deputati tal-Gvern li ffaċċjat b’mistoqsijiet dwar dan iċ-ċertifikat tal-mistħija li ġab il-Gvern, ma kienx kapaċi jammetti dan il-falliment.
L-agħar rizultat li qatt kiseb Gvern Malti fir-rapporti ta’ Transparency International, bi sħabu jgħidu fost l-oħrajn li l-korruzzjoni hija biss perċezzjoni f’moħħ in-nies, u saħansitra li Transparency International, aġenzija internazzjonali ta’ reputazzjoni li tkejjel xogħol gvernijiet minn madwar id-dinja kollha hija biss bully.
//= $special ?>