Il-linja tal-ajru Iralandiża Ryanair irreġistrat telf ta’ somma rekord fit-tielet kwart tas-sena finanzjarja.
B’telf ta’ €306 miljun, dan iż-żmien ġie deskritt mill-kumpanija bħala l-agħar wieħed li qatt kellha tħabbat wiċċha miegħu – b’kuntrast qawwi mit-€88 miljun profitt li kisbet fl-istess żmien tas-sena preċedenti.
Kelliema għal-linja tal-ajru saħqu li l-pandemija tal-Covid-19 qed tkompli tixħet lill-industrija f’kaos u paniku assolut – bit-turiżmu fil-perjodu tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena jkun prattikament non eżistenti.
Iċ-ċifri urew li l-ammont ta’ passiġġieri naqsu b’78% meta ċ-ċifri kienu kkumparati mal-istess perjodu tal-2019 – bil-kumpanija tisħaq li qatt ma kellha sitwazzjoni bħal din fil-35 sena storja tagħha.
Il-linja tal-ajru qed tbassar li tul din is-sena finanzjarja ser tkun qed titlef bejn €850 miljun u €950 miljun – minkejja t-tqassim tat-tilqim kontra l-virus.
//= $special ?>