Lokali

Tai Chi – dixxipplina b’ħafna benefiċċji

Attività li mhux is-soltu narawha fil-pjazez tagħna.  

It-Tnejn filghodu, Adrian Axisa, Master tat-Tai Chi f’pajjiżna mexxa sessjoni ta’ din l-arti Ċiniża f’misraħ San Ġużepp  l-Imsida.   Tul din is-sessjoni pparteċipaw ukoll żewġ anzjani.  

Din id-dixxipplina hija arti marzjali orjentali li minkejja li oriġinat bħala arti ta’ self defense, fil-ġurnata tal-lum hija prattikata minhabba l-benefiċċji tagħha għas-saħħa fiżika kif ukoll bħala mezz ta’ meditazzjoni.  
Dawk kollha interessati issa se jkollhom l-opportunità li jipprattika din id-dixxipplina permezz ta’ servizz online b’xejn li qed ikun offrut mill-Kunsilli Lokali ta’ lokalitajiet varji.