Lokali

Tmut il-pjansita ċelebri Cynthia Turner

Tħabbret il-mewt tal-pjanista Maltija Cynthia Turner. Hi kellha 88 sena.

Turner tibqa’ imfakkra bħala waħda mill-aqwa pjanisti li qatt produċa pajjiżna.

Imwielda l-Belt Valletta qabel il-gwerra, Cynthia Turner żviluppat il-ħiliet mużikali tagħha fil-Ġermanja u anke f’Ruma fejn studjat taħt Carlo Zecchi. Aktar tard ħadmet ukoll ma’ Francis Poulene f’Pariġi.

Fl-2004, Turner kienet ingħatat rikonoxximent f’Jum ir-Repubblika.

Tul il-karriera tagħha, hi tat wirjiet anke għar-Reġina Eliżabbetta II, daqqet għar-radju u fuq it-televiżjoni, u anke fuq stazzjonijiet fl-Italja, Franza, il-Ġermanja u l-Eġittu.

Cynthia Turner kienet miżżewġa u kellha żewġt itfal.

Ritratt: Librerija Informa