Il-kumpanija AquaBio Tech, permezz tar-riċerka u l-istudji li twettaq, irnexxiela takkwista mal-2.5 miljun ewro f’fondi Ewropew biex ikomplu jkabbru l-istudji tagħhom fil-qasam marittimu Ewropew.
Infatti din il-kumpanija fl-aħħar snin kibret u qed tinpjega 85 ħaddiem, fil-maġġoranza tagħhom xjentisti… fejn qed iwettqu studju fuq għadd ta’ speċi ta’ ħut biex imbagħad l-istess studju jinbiegħ lil numru ta’ kumpaniji barra minn Malta li fost l-oħrajn ikollhom għadd ta’ fish farms.
L-istudju jsir f’kontenituri imdaqqsa, fejn anki jsir evalwazzjoni tal-mod kif il-ħut qed jikkunsmaw l-ikel. Kelliem għal din il-kumpanija qalilna li l-ilma f’dawn il-kontenituri jinbidel 36 darba kuljum.
AquaBio Tech apparti li joħolqu teknoloġija ġdida f’dan l-istudju marittimu qed jagħtu wkoll numru ta’ pariri lill-Gvernijiet rispettivi mhux biss madwar l-Unjoni Ewropea iżda anki lil numru ta’ pajjiżi fl-Afrika u minn madwar id-dinja.
Intqal li f’dan l-ambitu il-konsultazzjoni hija waħda kruċjali ħafna biex wara kollox ikunu imħarsa kemm il-hut, kif ukoll l-ambjent li jgħixu fih dawn l-ispeċi marittimi. Fost l-istudji li jwettqu, isir ukoll tilqim anki tal-ħut …filwaqt li ssir anke analizi dwar kemm ikun tossiku l-ambjent marritimu.
Filmati: Steve Psaila, Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>