Il-President ta’ Real Madrid, Florentino Perez irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Perez huwa asintomatiku u rriżulta pożittiv fl-istess jum li l-kowċ ta’ Real Madrid, Zinedine Zidane rritorna mill-kwarantina.
Perez li għandu 73 sena ttestja pożittiv wara li saru testijiet ta’ rutina mill-klabb Spanjol. Spanja qed toqrob lejn t-tliet miljun każ pożittiv ta’ coronavirus u s’issa kien hemm aktar minn 59,000 każ pożittiv.
//= $special ?>