Futbol Sport

It-tim Malti nvolut f’turnament internazzjonali

(Ritratt: MFA)

It-tim nazzjonali Malti tal-football tan-nisa se jieħu sehem f’turnament internazzjonali li ghandu jsir hawn Malta aktar tard dan ix-xahar. Tournament li ser ikun l-ewwel edizzjoni tal-VisitMalta Women’s Trophy u għandu jsir fil-Hibernians Stadium bejn it-18 u t-23 ta’ Frar. Fil-programm erba’ partiti, b’kull team jilgħab darbtejn bir-rebbieħ deċiż skont il-punti miksuba. Fl-ewwel partita Malta tilgħab kontra s-Slovakkja, u tlitt ijiem wara kontra l-Iżvezja.

It-team nazzjonali Żvediż tan-nisa huwa attwalment fil-ħames post fir-rankings dinjija tal-FIFA, rebbieħ tal-midalja tal-bronż fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tan-Nisa li saret fi Franza fl-2019. Ir-raba’ team f’dan it-tournament huwa l-Awstrija. It-tournament huwa kordinat mill-kumpanija lokali MFA SportsPlus li tispeċjalizza fl-organizzazzjoni ta’ training camps għal timijiet barranin tal-football f’Malta .