Fil-Qorti ewlenija f’Marsilja beda l-proċess ġudizzjarju fil-konfront ta’ tmintax-il partitarju li kienu nvoluti fl-atti vandali fiċ-centru ta’ taħriġ ta’ Olympique Marseille f’La Commanderie. Riżultat tal-attakki li seħħew il-partita mil-Kampjonat ewlieni bejn Olympique Marseille u Rennes ġiet mħassra.
Madwar 300 partitarju daħlu jattakkaw iċ-centru ta’ taħriġ b’konsegwenza li seba’ pulizija sfaw feruti filwaqt saru 25 partitarju ġew arresti. Dan il-każ seħħ hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm diversi protesti kontra kif qed jitmexxa l-klabb ta’ Marseille kemm fil-grawnd kif ukoll fl-amministrazzjoni.
Olympique Marseille huma proprieta’ tan-negozjant Amerikan Frank McCourt Kelliem għaIl-Kampjonat Professjonali ta’Franza wera t-tħassib dwar l-inċidenti li seħħew . Minn naħa l-oħra l-kowċ ta’ Olympique Marseille Andre Villas-Boas qal li l-klabb għandu bżonn bidla radikali minn kull aspett inkluż dak amministrattiv .
//= $special ?>

