Lokali Saħħa

Pressjoni mill-MUMN fuq il-Prim Ministru

L-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qed titlob lill-Prim Ministru biex ma jibqax ċass quddiem is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ infermiera fl-isptarijiet. U qed titlob li Robert Abela jinterventi malajr, għaliex is-servizz lill-pazjenti qed jiġi affetwat.

Il-kwistjoni tirrigwardja infermieri li ġejjin minn pajjiżi barra mill-UE, u li spiċċaw kitbu ittra direttament lil Robert Abela. Dawn l-esperti mediċi qed ikollhom jaffaċjaw sitwazzjonijiet xejn sbieħ, fosthom fejn jidħol dewmien għal permessi ta’ residenza. Dan apparti problemi biex jieħdu self minn bank lokali, u pressjoni kbira fejn tidħol ħlas ta’ kirjiet.

L-MUMN qed tinsisti li dawn is-sitwazzjonijiet diġa’ wasslu biex pajjiżna tilef infermieri validi immens – f’mument f’nofs pandemija meta għandna bżonn l-aqwa talenti, u l-akbar numru ta’ infermiera possibbli.

Għalhekk, l-MUMN talbet għal laqgħa urġenti f’Kastilja biex tiddiskuti din il-materja mal-Prim Ministru.