B’44 punt iżda b’żewġ partiti aktar Manchester United telqgħu jaqsmu l-ewwel post flimkien ma’ Manchester City wara li bl-aktar mod facli għelbu lil Southampton. Fit-tieni minuta foul ta’ Alexandre Jankewitz fuq Scott McTominay bir-riżultat li tkeċċa. Minn dak il-ħin kollox faċli għal Manchester United li fit-18 il-minuta marru fil-vantaġġ. Pass ta’ Luke Shaw lejn AARON WAN BISSAKA li għeleb lil McCarthy. Fil-25 minuta l-iskor sar 2 – 0 . Kien MARCUS RASHFORD li minn azzjoni ta’ Mason Greenwood għeleb mill-ġdid lil Alex McCarthy. Fl-34 minuta minn azzjoni ta’ Marcus Rashford auto-goal minn JAN BEDNAREK bl-iskor isir 3 – 0. Ħames minuti wara kien EDINSON CAVANI li minn azzjoni ta’ Shaw għeleb mill-ġdid lil McCarthy għal 4 – 0 . Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima għal foul ta’ Kayne Ramsey fuq Cavani kien hemm l-indikazzjoni tal-penalty li iżda ma ingħatax wara li Mike Dean ikkonsulta l-VAR. Fl-54 minuta gowl ta’ Adams għal Southampton ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside. Fid-69 minuta azzjoni ta’ Fernandes b’ ANTHONY MARTIAL jgħamel l-iskor 5 – 0 sabiex tlett minuti wara kien SCOTT McTOMINAY li kompla jkabbar l-iskor għal United. Fis-86 minuta tkecca Bednarek għal Southampton bi BRUNO FERNANDES minn penalty jgħamel l-iskor 7 – 0 biex saħansitra minuta mit-tmiem wasal it-tmien gowl skurjat minn ANTHONY MARTIAL biex fil-ħin miżjud l-iskor sarf 9 – 0 b’gowl ta’ DANIEL JAMES.
Rebħa importanti għal Wolves li fil-klassifika telgħu fit-13 il-post b’26 punt daqs Crystal Palace. Diżappunt minn Arsenal wara serje ta’ partiti pożittivi u l-mod kif temmew l-aħħar 20 minuta jilgħabu b’disa’plejers. Wara biss disa’ minuti Bukayo Saka għeleb lil Rui Patricio bid-differenza li r-referee Craig Pawson wara li kkonsulta l-VAR ma kkonvalidax minħabba offside. L-appuntament għal Arsenal biex imorru fil-vantaġġ wasal fit-33 minuta b’NICOLAS PEPE jgħeleb lil Patricio wara azzjoni personali. Reazzjoni immedjata minn Wolves li fil-ħames minuta tal-ħin miżjud għamlu l-iskor 1 – 1. Foul ta’ David Luiz fuq Willian Jose’. Pawson ikkonsulta l-VAR. Saffar penalty u keċċa lil Luiz. Ta l-penalty RUBEN NEVES li għeleb lil Bernd Leno. Bi plejer aktar, Wolves marru fil-vantaġġ fid-49 minuta permezz ta’ JOAO MOUTINHO minn azzjoni ta’ Pedro Neto. Fit-72 minuta Arsenal spiċċaw b’disa’ plejers wara li tkeċċa Bernd Leno meta lagħab il-ballun b’idu barra l-kaxxa.Arsenal kien megħluba 2-1 min Wolves barra minn darhom, bil-Gunners itemmu l-konfront b’disa’ plejers. Arsenal ħasbu li fetħu l-iskor wara disa’ minuti, bil-gowl ta’ Bukayo Saka jkun imħassar mill-VAR minħabba offside. Arsenal xorta rnexxielhom imorru fil-vantaġġ fit-33 minuta meta wara azzjoni personali kien NICOLAS PEPE li għamilhom 1-0. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, Arsenal sfaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa DAVID LUIZ għal penalty li għamel fuq Willian Jose, biex minn ħdax –il metru RUBEN NEVES ġab l-iskor indaqs. Wolves marru fil-vantaġġ fid-49 minuta permezz ta’ JOAO MOUTINHO, biex fit-72 minuta Arsenal spiċċaw jilgħabu b’disa’ plejers meta tkeċċa l-gowlkiper Bernd Leno.
Sheffield United irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil West Brom 2-1 f’partita diretta fejn minkejja li għadhom fl-aħħar post bi 11 il-punt jinsabu biss punt taħt WBA u tlieta minn Fulham. Bil-logħob ikun maqsum matul l-ewwel taqsima, fil-41 minuta West Bromwich Albion marru fil-vantaġġ. Gowl minn MATTHEW PHILIPS li għeleb lil Aaaron Ramsdale mir-rebound wara li salva fuq Mbaye Diagne. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Sheffield fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva u fis-56 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw. Pass ta’ Chris Basham lejn JAYDEN BOGLE li għeleb lil Sam Johnstone. Fin-nuqqas ta’ reazzjoni denja minn WBA, fis-56 minuta kien BILLY SHARP li mill-ġdid għeleb lil Johnstone.
Kollox deċiz fl-ewwel taqsima biex b’dan ir-rizultat Crystal Palace telgħu fit-13 il-post b’29 punt daqs Leeds United u Southampton. Wara biss żewġ minuti mill-ftuħ tal-partita. Azzjoni ta’ Callum Wilson lejn JONJO SHELVEY li għeleb lil Vicente Guaita bi Newcastle fil-vantaġġ. Mal-ħin Crystal Palace daħlu fil-partita tant li fil-21 minuta JAIRO RIEDEWALD għeleb lil Darlow għal 1 – 1 . Erba’ minuti wara saħansitra marru fil-vantagg meta minn azzjoni ta’ Eberechi Eze kien GARY CAHILL b’ Karl Darlow megħlub mill-ġdid. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.
PREMIER LEAGUE
Illum: Sheff Utd v WBA 2-1, Wolves v Arsenal 2-1, Man Utd v Southampton 9-0, Newcastle v C. Palace 1-2 Għada: Burnley v Man City 7.00pm, Fulham v Leicester 7.00pm, Leeds v Everton 7.30pm, A. Villa v West Ham 9.15pm, Liverpool v Brighton 9.15pm Il-Ħamis: Tottenham v Chelsea 9.00pm


