Futbol Sport

Sirens jikkwalifikaw bl-aktar mod faċli

(Ritratt: Martin Agius)

Sirens…………………….5

Fgura U………………….0

Sirens: E. Elezaj, K. Schembri (J. Walker 64’), J. Pearson, L. Bittaye, H. Kone, W. Domoraud (D. Galea 85’), A. Borg, S. Tounkara (A. Nakov 64’), R. Scicluna, T. Agius (L. Grech 46’), T. Espindola

Fgura U.: L. Moore, T. Yanagizawa, C. Ciantar, O. Mifsud, K. Gandini (R. Vella 80’), J. Cassar, N. Mbala (G. Martin 80’), T. Dahrouj (S. Borg 70’), D. Caruana (S. Nanapere 70’), O, Ojuola, A. Quintero

Referee: D. Agius

Assistenti referees: M. Scerri, V. Vasilev

Sirens kwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy hekk kif fis-Centenary Stadium bl-aktar mod faċli għelbu lit-tim miċ-Challenge League Fgura United 5-0. Sirens minkejja li ddominaw il-pusses fetħu l-iskor wara 12-il minuta meta minn corner minn fuq ix-xellug ta’ SAMBA TOUNKARA l-ballun kien devjat għal ġewwa mid-difiża ta’ Fgura. Sirens rduppjaw fis-16-il minuta meta minn cross minn fuq il-lemin ta’ Hamed Kone, kien THIAGO ESPINDOLA li b’konklużjoni mill-ewwel għeleb lil Moore għal 2-0. It-tielet gowl għat-tim imexxi minn Giovanni Tedesco wasal fid-39 minuta meta wara indeċiżjoni fid-difiża ta’ Fgura, kien TERENCE AGIUS li kkonkluda mill-ewwel b’xutt fil-baxx.

Fit-tieni taqsima, Sirens komplew fejn ħallew fl-ewwel 45 minuta u baqgħu jiddominaw il-partita. Sirens għamluhom 4-0 fis-76 minuta meta Shawn Bugeja waqqa lil Andrej Nakov fil-kaxxa bir-referee jordna penalty fejn minn ħdax-il metru WILFRIED DOMORAUD ma żbaljax. L-istess DOMORAUD ikkonkluda azzjoni maħduma b’mod tajjeb mit-tim minn San Pawl il-baħar fl-84 minuta.

FA TROPHY
Illum: Sirens v Fgura U. 5-0 Għada: Gozo Stadium: Nadur Y. v Senglea A 6.00pm Victor Tedesco Stadium: Pembroke A. v M’xlokk 8.30pm Il-Ħamis: Gozo Stadium: Għajnsielem v Victoria H. 7.00pm