Sittax -il uffiċjal kienu preżentati bil-badge tal-FIFA għas-sena 2021. Malta se jkollha erba’ referees, tmien assistenti referees, żewġ referees tal-futsal u żewġ referees tal-beach soccer li se jkunu fuq il-panel tal-FIFA.
Il-presentazzjoni saret mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo fejn saħaq li din il-badge ġġorr magħha aktar responsabbilità. Vassallo temm jgħid li fil-livell internazzjonali, huma għandhom jaspiraw biex ikunu ta’ eżempju ta’ ambaxxaturi għal Malta.
Fl-istess avveniment attendew ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr. Angelo Chetcuti, il-Viċi-President tal-MFA Dr. Matthew Paris, u ċ-Chairman tal-Kumitat tar-Referees Alan Mario Sant.
Il-lista tal-uffiċjali tal-FIFA:
FIFA Referees: Ishmael Barbara, Matthew De Gabriele, Philip Farrugia, Trustin Farrugia Cann.
FIFA Assistant Referees: Alan Camilleri, Christopher L. Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana, Roberto Vella.
FIFA Futsal Referees: Clinton Mario Cassar, Stephen Vella
FIFA Beach Soccer Referees: Pierre Bonnici, Jonathan Mallia.
//= $special ?>

