Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu 3 persuni – 138 każ ġdid

Huma 138 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 18,306 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 190 persuna biex issa huma 15,423 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 3 imwiet oħra kawża tal-pandemija, żewġt irġiel ta’ 68 u 84 sena li tilfu ħajjithom fl-Isptar Mater Dei u mara ta’ 90 sena li mietet fl-Isptar Karin Grech.

Sabiex l-ammont totali ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdiedu għal 273….6 fatalitajiet fl-ewwel tlett ijiem ta’ Frar.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,610

Dan filwaqt li tul il-jum tat-Tlieta ngħataw 1,250 vaċċin – b’415 jingħataw t-tieni doża.