Valletta…………………..0
Sliema W…………………0
Valletta: H. Bonello, J. Caruana (S. Malano 16’), R. Camilleri, T. Caruana, J. Zerafa, W. De Oliveira (S. Dimech 74’), R. Muscat, L. Aguirre, M. Alba (M. Picciolo 32’), M. Fontanella, L. Campos (K. Nwoko 74’)
Sliema W: J. Galea, M. Sansone (R. Kakinuma 75’), A. Satariano, K. Shaw, A. Milesi, J. Cisotti, E. Agius, D. Holla (G. Aquilina 65′), R. Kisil, M. Beerman, D. Vukovic
Referee: T. Farrugia Cann
Assitenti referees: L. Portelli, R. Vella
Valletta u Sliema temmew fi draw ta’ mingħajr gowls f’waħda mit-tliet partiti li ġew rkuprati. Valletta kienu għadhom ġejjin minn telfa kontra Gżira filwaqt li Sliema kienu ġejjin minn rebħa kontra Santa Lucia. Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu tal-partita hekk kif Juri Cisotti b’xutt minn barra l-kaxxa mpenja lill-gowlkiper ta’ Valletta Henry Bonello. Valletta rrispondew u fis-37 minuta minn corner tajjeb ta’ Picciolo, id-daqqa ta’ ras tal-akkwist il-ġdid mingħand Sirens, Wellington kienet mtajjra’ minn fuq il-linja minn Shaw.
Fit-tieni taqsima, il-logħob baqa’ bilanċjat u fis-57 minuta, Bonello kien strumentali biex żamm l-iskor 0-0 hekk kif salva b’mod tajjeb id-daqqa ta’ ras ta’ Satariano. Lejn it-tmiem Valletta setgħu ħadu t-tliet punti hekk kif is-sostitut Nwoko prova xutt minn bara l-kaxxa iżda sab lil Jake Galea attent u salva b’mod tajjeb.
//= $special ?>