Futbol Sport

Draw fl-ewwel leg bejn Napoli u Atalanta

(Ritratt: EPA)

Kollox huwa miftuħ fis-semifinali bejn Napoli u Atalanta hekk kif fi Stadio Diego Maradona fl-ewwel leg temmew fi draw ta’ 0-0. F’partita li ż-żewġ timijiet naqqsu milli jkunu perikolużi, Napoli kienu xi ftit aħjar mill-avversarji b’aktar pusses tall-ballum. It-tieni semifinali tintlagħab nhar l-Erbgħa f’Bergamo. Napoli fis-Serie A fi tmiem il-ġimgħa jilgħabu barra minn darhom kontra Genoa filwaqt li Atalanta jilgħabu f’darhom kontra Torino.

COPPA ITALIA
Semifinali: L-ewwel leg: Ilbieraħ: Inter v Juventus 1-2, Napoli v Atalanta 0-0 It-tieni leg: It-Tlieta: Juventus v Inter 8.45pm L-Erbgħa: Atalanta v Napoli 8.45pm