Coronavirus Sport Sport Ieħor

Għadd ta’ tennisti f’iżolazzjoni ftit jiem qabel il-bidu tal-Open tal-Awstralja

Madwar 600 tennista u membri tal-istaff jinsabu f’iżolazzjoni wara li ħadddiem f’waħda mill-lukandi li qed tintuża mit-tennisti rriżulta pożittiv għall-coronavirus.

L-organizzaturi qalu li s’issa ma jidhirx li din is-sitwazzjoni se taffetwa t-turnament u t-tennisti se jkunu jistgħu jirritornaw għat-taħriġ wara li jagħmlu test u jirriżultaw negattiv.

L-Open tal-Awstralja tmexxa bi tliet ġimgħa minħabba li bosta tennisti kellhom jagħmlu kwarantino obbligatorja, bit-turnament mistenni jibda nhar it-Tnejn.

Fl-aħħar xhur l-Awstralja daħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri stretti kif ukoll għalqet il-fruntieri tagħha sabiex tkun ikkontrollata l-imxija tal-coronavirus.