Futbol Sport

Gżira miżmuma fi draw minn Gudja

(Ritratt: Stephen Gatt/ MFA)

Gudja U……………..1

Gżira U………………1

Gudja U: G.Zammit, A.J.Friggieri, F.Pankarican, B.I.Gonzalez, N.A.Micallef, E.A.Da Silva, H.Vella ( S.P.Cruz 60’), T.Veronese ( J.Brincat 74’), J.Bolanos, D.Camilleri ( T.Guzman 74’), M.P.Silva( T.Vella 84’)

Gżira U: A.Curmi, M.G.Bohrer, N.Muscat, D.Xuereb (S.Pisani 62’), M.Davis, N.Portelli, M.Maia ( C.Borg 58’), J.Mendoza, D.R.Correa, S.Borg, J.De Assis

Referee: A. Sciriha

Assistent referees: M. Scerri, D. Spencer

Gżira United kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Gudja United, bit-tim ta’ Gudja jsalva punt fl-aħħar sekondi tal-partita. B’dan id-draw Gżira naqqsu jżommu l-pass minn ma’ Ħamrun Spartans u Hibernians li jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika. Gżira ma setax kellhom bidu aħjar hekk kif wara anqas minn minuta logħob marru fil-vantaġġ meta wara li Zammit parzjalment salva t-tentattiv ta’ Martin Davis, b’MAXUELL MAIA jkun l-ewwel fuq il-ballun u xeħet ġewwa minn pożizzjoni komda.

It-tim imexxi minn Darren Abdilla li llum għalih kienet l-100 partita tiegħu fil-Kampjonat BOV Premier resaq viċin li jirdoppja fil-11 –il minuta meta konklużjoni oħra ta’ Maia għaddiet ftit barra.

Fit-tieni taqsima Gżira sfaw jilgħabu b’għaxar plejers meta fis-56 minuta tkeċċa Jackson Mendoza wara daħla kerha fuq Patrick Mota. Meta Gżira dehru li se jieħdu t-tliet punti, kien JUAN BOLANOS li b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb għal kollox lil Curmi biex salva punt għal Gudja.